Kors ta' Tisħiħ fl-Użu tal-Malti għall-Istaff tal-Università
Letturi: ll-Prof. George Farrugia, Associate Professor, Dipartiment tal-Malti Is-Sur Thomas Pace, Dipartiment tal-Malti Is-Sur Dwayne Ellul, Assistant Lecturer, Dipartiment tal-Malti Udjenza:L-istaff amministrattiv u akkademiku tal-Università Tul tal-Kors:14-il siegħa Metodu tat-tagħlim: Fil-klassi
Dan il-kors huwa maħsub biex isaħħaħ il-livell tal-Malti miktub u mitkellem tal-parteċipanti fil- kuntest tax-xogħol tagħhom fl-Università. Il-kors joffri:
Taħriġ dwar kif nistgħu niktbu b’Malti ċar u konċiż (jingħataw eżempji prattiċi ta’ Malti ħażin u kif nistgħu ntejbuh);
Taħriġ fil-kitba ta’ ittra elettronika formali bil-Malti;
Taħriġ fil-kitba ta’ rapport qasir bil-Malti;
Tagħrif u taħriġ prattiku fl-ortografija Maltija;
Tagħrif dwar il-kitba bil-Malti fil-qasam diġitali;
Opportunità biex il-parteċipanti jipprattikaw il-Malti mitħaddet permezz ta’ preżentazzjoni ta’ tema magħżula minnhom stess u/jew simulazzjoni ta’ laqgħa formali dwar suġġett/kuntest partikolari.
Sa tmiem il-kors, il-parteċipanti jkunu kapaċi:
jiktbu b'mod ċar, konċiż u b'ortografija aġġornata ittri elettroniċi u rapporti qosra.
jitħaddtu bil-Malti permezz ta’ preżentazzjoni jew simulazzjoni ta’ laqgħa formali.