L-istudenti u l-benesseri tagħhom

L-istudenti u l-benesseri tagħhom

Malta's flagGreat Britian's flag

 

Inżidu l-Għajnuna għall-Istudenti u l-Benesseri Tagħhom

 

Din it-taqsima tappartjeni għall-Pjan Strateġiku 2020-2025, li jestabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iċ-ċentri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha. 

 

   L-Istrateġiji Biex Nilħqu l-Għanijiet

   L-Impenji          

  • Inwessgħu l-infrastruttura għall-benesseri tal-istudent
  • Nappoġġjaw strateġiji maħsuba għat-tagħlim, l-istruzzjoni u l-impatt soċjali
  • Insaħħu l-benesseri psikoloġiku, soċjali u fiżiku tal-istudenti
  • Inżidu l-involviment soċjali u s-sens ta’ komunità fuq il-kampus
  • Inżidu s-sapport għall-istudenti lokali li jkunu għaddejjin bi skambji edukattivi internazzjonali, apprentistati u bi programmi elettroniċi tat-tagħlim remot
  • Niċċaraw l-irwoli u r-responsabbiltajiet marbutin mal-provvista tas-sapport lill-istudenti

 

L-Università ta’ Malta hi impenjata li tipprovdi esperjenza ta’ livell għoli lill-istudenti fi ħdan ambjent akkademiku ispiranti u motivanti bl-għan li ntejbu t-tagħlim u l-prestazzjoni tal-komunità gradwata tagħna. Nifhmu li l-istudenti li jingħataw għajnuna akkademika u soċjali u li jipparteċipaw fil-ħajja tal-kampus, jiksbu iżjed fl-istudji u l-karriera tagħhom. Se nżidu l-attenzjoni tagħna fuq it-titjib tal-esperjenza tal-istudenti f’firxa ta’ fatturi, li jinkludu s-sikurezza, is-saħħa, is-sigurtà, il-benesseri fiżiku u psikoloġiku, u l-involviment soċjali.  

Li nipproteġu l-istudenti u niggarantixxu li jirċievu esperjenza edukattiva komprensiva u pożittiva huwa l-qofol tal-istrateġija tal-Università. Huwa essenzjali għalina li nidentifikaw il-ħtiġijiet partikolari ta’ gruppi speċifiċi ta’ studenti u li noħolqu attivitajiet li jintegraw l-istudenti internazzjonali u domestiċi u l-istudenti bi sfondi soċjali, ekonomiċi u kulturali differenti. L-integrazzjoni tal-istudenti fil-komunità tal-kampus hija importanti għall-istudenti b’diżabilità u għal dawk li qed jistudjaw b’mod remot fi programmi elettroniċi u fi skambji jew apprentistati ma’ istituzzjonijiet internazzjonali. 

Hija r-responsabbiltà tagħna li noħolqu kultura intellettwali u soċjali fi ħdan ambjent ta’ riċerka b’varjetà ta’ programmi ekstrakurrikulari. L-istudenti u r-riċerkaturi jeħtieġu spazji flessibbli ta’ tagħlim li jwasslu għall-produttività u għal ekosistema ta’ għajnuna. Is-sikurezza, is-sigurtà u l-benneseri tal-istudenti huma prerekwiżiti importanti biex nilħqu l-għanijiet tal-Università, u se nkomplu nfittxu li niżviluppaw is-servizzi ta’ għajnuna għall-istudenti fuq il-kampus. 

L-Università se tara li tkun ċara dwar l-irwoli, l-obbligi tar-rappurtaġġ u l-konfini tas-servizzi, billi tagħraf id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-istudenti u tipprovdi għażliet li jħaddnu l-parteċipazzjoni tal-istudenti. Li nibnu ekosistema ta’ għajnuna għall-istudenti hija impriża kollaborattiva li tinvolvi ħafna oqsma tal-komunità akkademika, amministrattiva u studenteska tal-Università. Billi tipprovdi esperjenza edukattiva komprensiva u sħiħa lill-istudenti tagħna, l-Università tiżgura li taqdi l-aġenda ta’ kwalità tagħha, li biha l-pajjiż u l-gradwati tagħha jibqgħu f’vantaġġ kompetittiv.

 


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/impenjistrategici8-servizziusapportamministrattiv/listudentiulbenesseritaghhom/