MAL1500: Il-Malti Pass | L-Ortografija.
Kors online bażiku qasir (mikrokredenzjal) fl-ortografija tal-Malti
Dan il-kors iservi ta’ introduzzjoni ċara u prattika għas-sistema tal-kitba tal-Malti. Matulu, l-istudenti jsiru midħla tar-regoli u l-prinċipji bażiċi li jsawru l-ortografija Maltija, mill-ittri tal-alfabett u l-ħsejjes li jirrappreżentaw sal-iżbalji u l-isfidi l-aktar komuni. Il-lezzjonijiet huma maħsubin għal dawk li pass pass jixtiequ jtejbu l-ortografija u jħossuhom aktar kunfidenti jiktbu bil-Malti, għall-gost personali jew kreattiv, biex iħejju ruħhom aħjar għall-ħajja professjonali, daqskemm biex jiskopru aktar kif jaħdem l-ilsien Malti.
Il-kors MAL1500 jgħin lill-istudenti jiktbu b’ortografija tajba; jifhmu l-prinċipji ewlenin tal-ortografija biex meta jiġu biex jiktbu ma jagħmlux żbalji komuni; ikunu jafu fejn isibu l-aħjar riżorsi dwar l-ortografija tal-Malti; u jitħarrġu sew fil-kitba waqt il-lezzjonijiet, anki permezz ta’ enfasi fuq id-dettat, biex fl-aħħar tal-kors iħossuhom iktar komdi jiktbu bil-Malti. MAL1500 ma jistax ikopri r-regoli kollha tal-ortografija jew iħarreġ lill-istudenti fit-tħaddim ta’ kull regola. L-enfasi hi fuq li l-istudenti jiktbu mingħajr żbalji fl-ortografija.
Għal min irid jispeċjalizza fl-ortografija tal-Malti, id-Dipartiment tal-Malti joffri kors ta' sena (MQF 5) ta' 30 ECTS li jwassal għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti. Dan jinkludi taħriġ kontinwu fil-kitba tal-Malti u taqsimiet oħra fuq il-punteġġjatura, il-grammatika, u l-użu tal-Malti fil-kompjuter, fost l-oħrajn. Dan iċ-Ċertifikat iwassal għall-kisba ta’ għarfien tal-ħila professjonali fil-qari tal-provi (proofreading) bil-Malti.
Il-kors fih 28 siegħa ta’ tagħlim dirett. Jibda fis-17 ta’ Lulju u jispiċċa fil-15 ta’ Settembru 2025. Il-lezzjonijiet se jsiru nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis mill-4:00 sas-6:00 pm. Id-dati huma dawn:
17, 21, 24, 28 u 31 ta’ Lulju
4, 7, 18, 21, 25 u 28 ta’ Awwissu
1, 11 u 15 ta’ Settembru
Iva, il-lezzjonijiet isiru kollha online fuq pjattaforma bħal Zoom. Ftit ġranet qabel ma jibda l-kors tirċievi ħolqa: kemm tagħfasha u tidħol fil-klassi virtwali. Faċli ħafna. L-eżami, però, normalment isir fil-klassi.
Iva, l-istudenti jiġu assessjati b’żewġ modi:
Jekk tgħaddi mill-assessjar matul il-kors u mill-eżami tal-aħħar, jinħariġlek dokument uffiċjali mill-Università ta’ Malta, xhieda tal-kisba li tkun għamilt. Ma jingħatax ċertifikat ta’ attendenza. Jekk ma tattendix il-lezzjonijiet regolarment jista’ jkun li ma titħalliex tagħmel l-eżami.
Il-kors jista’ japplika għalih kull min għandu minn 18-il sena ’l fuq.
Biex tapplika idħol hawn. Ara wkoll dawn l-istruzzjonijiet.
L-applikazzjonijiet jagħlqu uffiċjalment fl-20 ta’ Lulju 2025 f’nofsillejl (imma żomm f’moħħok li l-ewwel lezzjoni fis-17 ta’ Lulju).
Jekk il-postijiet jimtlew kollha, l-applikazzjonijiet jistgħu jingħalqu qabel l-20 ta’ Lulju.
Il-kors jiswa €260 u hu eliġibbli għall-iskema Get Qualified. L-istudenti impjegati jistgħu jirreġistraw fl-iskema tal-Get Qualified u, jekk itemmuh b’suċċess, jingħataw sa 70% lura mill-ħlas tal-kors fi kreditu tat-taxxa. Tagħrif ieħor dwar din l-iskema jinsab hawn. Aqra sewwa t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha qabel ma tapplika.
Mill-kors se nitgħallem:
Permezz tal-kors se nkun kapaċi:
Dan il-kors qasir ta' 4 kretti (4 ECTS) iwassal għal "Award" ta’ Livell 5 fil-Qafas Malti tal-Kwalifiki.
Din hija l-ħolqa biex napplika online għall-kors MAL1500 Il-Malti Pass Pass: L-Ortografija sal-20 ta’ Lulju 2025.
Ara l-istruzzjonijiet mill-amministrazzjoni tal-Università ta’ Malta (bl-Ingliż kif jidhru fis-sit):
Dan il-kors jitqies mill-Università ta’ Malta bħala “mikrokredenzjal”, jiġifieri kors qasir fuq suġġett partikulari li normalment ikun fih mhux inqas minn 28 siegħa ta’ tagħlim u jiswa 4 kretti (jew 4 ECTS). Fl-aħħar tal-kors isir eżami u min jgħaddi mill-assessjar (tul il-kors u l-eżami fl-aħħar) jingħata ċertifikat. Għal tagħrif ieħor dwar l-iskema tal-mikrokredenzjali idħol hawn.