Mistoqsijiet komuni dwar ILMA
ILMA huwa akronimu għal Interpretazzjoni tal-Letteratura Maltija, kors ġdid fil-livell ta’ MA bit-tagħlim li d-Dipartiment tal-Malti se jibda jiftaħ kull sentejn minn Ottubru tal-2025.
Qabel ma nħoloq il-kors ILMA, l-istudenti li riedu jistudjaw il-letteratura Maltija sal-grad ta’ MA kienu jagħmlu riċerka indipendenti li twassal għall-kitba ta’ teżi ta’ 50,000 kelma. Dan it-tip ta’ kors postgradwatorju jissejjaħ MA bir-Riċerka.
ILMA jwassal għall-istess grad iżda, minbarra l-kitba ta’ teżi iqsar ta’ madwar 25,000 kelma li tiswa 30 ECTS, l-istudenti jkollhom tnax-il taqsima-studju li flimkien jiswew 60 ECTS.
Għalhekk, dawk li jixtiequ jagħmlu MA fil-letteratura Maltija issa jistgħu jagħżlu bejn ir-rotta ta’ MA bir-Riċerka jew il-kors ILMA.
ILMA huwa kors mifrux fuq sentejn. Hemm il-lectures fl-ewwel u t-tieni semestru u xogħol fis-sajf fuq it-teżi kemm fl-ewwel u kemm fit-tieni sena.
Fl-ewwel sena l-istudenti jkollhom sitt taqsimiet-studju ta’ 5 ECTS, tlieta fl-ewwel semestru u tlieta fit-tieni.
Fl-ewwel semestru jagħmlu:
Fit-tieni semestru l-istudenti jagħmlu:
Fit-tieni sena l-istudenti jkollhom sitt taqsimiet-studju oħra ta’ 5 ECTS.
Fl-ewwel semestru l-istudenti jagħmlu:
Fit-tieni semestru l-istudenti jagħmlu:
Il-lezzjonijiet se jibdew il-Ħamis 2 ta’ Ottubru 2025 u jkunu dejjem it-Tnejn u l-Ħamis bejn il-5.00pm u t-8.00pm.
Kull taqsima-studju tiġi assessjata permezz ta’ assenjamenti, preżentazzjonijiet, jew proġetti. Xi taqsimiet-studju jista’ jkollhom taħlita ta’ metodi ta’ assessjar, ngħidu aħna, assenjament u preżentazzjoni. Ikun hemm eżami orali (viva voce) wara li tiġi ppreżentata t-teżi fl-aħħar tat-tieni sena tal-kors.
ILMA huwa kors part-time. Il-letturi se jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom online, permezz ta’ pjattaforma bħaż-Zoom, imma xi lezzjonijiet jistgħu jkunu fil-klassi u online fl-istess ħin. Din is-sistema tagħti l-opportunità li jsegwu l-kors anki dawk il-persuni li ma jgħixux Malta. Bi qbil mal-istudenti, se jkun hemm ukoll l-opportunità li kulħadd jiltaqa’ fiżikament.
ILMA jiswa €4800 u hu eliġibbli għall-iskema Get Qualified. Peress li ż-żewġt isjuf huma meqjusin bħala semestri wkoll, il-miżata tal-kors tinqasam fuq sitt semestri, jiġifieri €800 kull semestru.
L-istudenti impjegati jistgħu jirreġistraw għall-iskema tal-Get Qualified u, jekk itemmu l-kors b’suċċess, jingħataw sa 70% lura mill-ħlas tal-kors fi kreditu tat-taxxa. Tagħrif ieħor dwar din l-iskema jinsab hawn. Aqra sewwa t-termini u l-kundizzjonijiet qabel ma tapplika għall-iskema.
Il-kors jistgħu japplikaw għalih dawk li diġà għandhom il-grad ta’ Baċellerat. Għalkemm ILMA huwa kors dwar il-letteratura Maltija, jistgħu jiġu aċċettati studenti li l-Baċellerat tagħhom mhuwiex fil-Malti. Biex tapplika agħfas hawn.
L-applikazzjonijiet għall-kors li se jibda f’Ottubru 2025 jagħlqu fit-23 ta’ Lulju 2025 fis-2.00pm. Fuq hekk ara sew din il-paġna.
Wara din id-data tal-għeluq, dawk li japplikaw tard għandhom sal-15 ta’ Settembru 2025 fis-2.00pm u jridu jħallsu iktar biex idaħħlu l-applikazzjoni tagħhom. Fuq hekk ara sew din il-paġna.
Dawk interessati jistgħu jiksbu aktar informazzjoni billi jżuru din il-paġna.