F'din it-tieni edizzjoni fis-sensiela ta' programmi mill-Kampus għal Komunita', l-Uffiċċju tal-Prorettur għal-ippjanar strateġiku u s-sostenibbilita' flimkien ma' membri miċ-Ċentru għall-edukazzjoni u riċerka ambjentali u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni, għażel li joffri opportunita' lill-istudenti biex jitkellmu dwar inizjattivi jew riċerka li mexxew jew qed jagħmlu fejn it-tema ewlenija tibqa' is-sostenibbilita'.
Hemm diversi għanijiet li jintlaħqu permezz tal-programm fosthom li tingħata informazzjoni aġġornata dwar inizjattivi relatati mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li qed jitwettqu fl-Università ta’ Malta; nuru l-impatt u r-rilevanza ta’ dawn l-inizjattivi fuq livell lokali u globali, b’enfasi fuq l-involviment tal-komunità u l-applikazzjonijiet prattiċi u titqajjem kuxjenza fost is-semmiegħa dwar id-diversi dimensjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli (i.e. ambjentali, soċjali, ekonomika u kulturali) u l-interrelazzjoni bejniethom. Permezz tar-recordings li jsiru għal kull programm, dawn id-diskussjonijiet informattivi jistgħu jservu ukoll bħala riżorsa edukattiva għal webinars, korsijiet online u programmi universitarji relatati mas-sostenibbiltà u l-SDGs.
Jippreżentaw il-programm Prof Paul Pace u Dr.Jane Spiteri.
- Programm 1: Ms Sharon Gatt - Lejn CT aktar ekoloġiku: Titjib fl-użu tal-kuntrast intravenju għas-sostenibbiltà ambjentali, Prof Mark Mifsud – il-proġett Shape Together
- Programm 2: Mr Luke Said - Mhux sfruttat (mhux żejt — imma ilma), Mr Vincenzo de Cancellis - Żoni protetti marittimi u terrestri biex jissaħħaħ l-adattament għat-tibdil fil-klima fi gżejjer
- Programm 3: Sofiia Supruniuk - Ippjanar u disinn ta’ spazji urbani miftuħa bħala infrastruttura ħadra u blu fuq il-kampus tal-Università ta’ Malta, Musawar Ahmad - Il-proġett Eco Lens
- Programm 4: Leanne Gatt - Żvilupp ta’ qafas legali għall‑ħażna u l‑qbid tal-karbonju f’Malta, Clayton John Axiak - Il-ġenomika ta’ disturb riproduttiv rari fil-popolazzjoni Maltija
- Programm 5: Dr Karyn Scerri - Il-proġett metaCCAZE project, Jeremy Sacco - Disinn ta’ barriers veġetattivi passivi b’disinn aerodinamiku għall-kontroll lokali tat-tniġġis fil-livell pedonali
- Programm 6: Gian Paul Gauci - Ir-rwol tal-AI fl-indirizzar ta’ sfidi kumplessi (wicked problems) fil-politika pubblika, Giulio Spiteri – SDG Youth Champions
- Programm 7: Dr Ryan Bugeja - Il-proġett HYPER; Il-proġett Solaqua, Dr Massimo Borg - Monitoraġġ u kontroll ta’ anomaliji f’sistemi sostenibbli ta’ arja kkompressata
- Programm 8: Natalia Mangion - Il-proġett Indiċi tal-Benesseri, Claire Bonello - Eko-kuxjenti jew eko-ansjużi?
- Programm 9: Faye Scibberas - Development of a Resilience and Sustainability Framework for Climate Change on the Built Environment, Clayton Tewma - It-tniġġis tal-ħamrija u s-saħħa tal-bniedem taħt il-liġi Maltija: Il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni speċifika
- Programm 10: Scarlett Jeannette Avallone - It-tranżizzjoni fl-għażliet ta’ stil ta’ ħajja sostenibbli fost iż-żgħażagħ nisa f’Malta: Sfidi, opportunitajiet, innovazzjonijiet, ostakli u motivazzjonijiet, Dr Jane Spiteri - Il-proġett SUSEDI
- Programm 11: Amy Emanuela Agius - Gastronomija sostenibbli, Nicholas Conrad & Staša Cvetković - Il-proġett SOMOMIC (Smart Soil Monitoring via Microwave Dielectric Spectroscopy and Geophysical Benchmarking)
- Programm 12: Cynthia Caruana - Promozzjoni ta’ programmi individwali u komunitarji ta’ tkabbir tal-ikel (‘Grow‑Your‑Own’) permezz tal-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli, Dr Julian mamo - Il-proġett Water EDUcare
- Programm 13: Faustina Bonanno - L-istrateġija tad-dekarbonizzazzjoni tal-IMO u l-impatti legali tagħha fuq is-settur marittimu, Clint Cassar - Il-potenzjal tal-komunikazzjoni dwar is-sostenibbiltà fl-indirizzar tat-trażmissjoni tal-imġiba relatata mal-konnessjoni man-natura u x-xejriet tal-konsum