Kont taf? Huwa programm li ħa jirrakkonta episodji kulturali, storiċi jew tal-ħajja ta’ kuljum minn perspettiva differenti, eżempju l-umilta’ ta’ nies kbar bħal Ennio Morricone, Ġrajjiet li saru fid-9 ta’ Mejju, l-aħjar ballu tal-familja Romanov, Pompei u l-uċuħ differenti li din il-Belt tirrapreżenta.
Dawn huma ftit mis-suġġetti li għalkemm għandhom bażi storika, soċjali u kulturali, jistgħu jirrakkontaw eżempji ta’ ħajja differenti.
Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jeanette Axisa.