|
I. It-Tagħlim u l-Istruzzjoni
- Intejbu s-sapport akkademiku u pastorali għall-istudenti
- Noħolqu mudelli dinamiċi li jipprovdu t-tagħlim b’mod sħiħ
- Niżviluppaw lambjenti fiżiċi li jwasslu għat-tagħlim
- Nespandu t-tagħlim elettroniku ta’ livell għoli
- Nipparteċipaw f’tagħlim imfassal fuq ix-xogħol li jżid il-valur tal-esperjenza tat-tagħlim
- Inżommu r-relevanza tal-programmi ta’ struzzjoni
- Infasslu assessjar kontinwu
- Inżidu l-programmi tad-dottorat
- Inwasslu programmi ta’ żvilupp professjonali kontinwu
|
II. Ir-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien
- Nippromwovu r-riċerka ta’ klassi dinjija b’sinifikat lokali, reġjonali u globali
- Inwettqu r-riċerka u t-trasferiment tal-għarfien li jsostnu l-post tagħna fil-klassifiki
- Nassiguraw fondi sostenibbli għar-Riċerka u l-Iżvilupp (RŻ)
- Inwessgħu r-riċerka korporattiva u t-trasferiment tal-għarfien
- Intejbu l-komunikazzjoni u t-tqassim tar-riżultati tar-riċerka
- Inwettqu riċerka responsabbli li tiżgura l-integrità u l-etika
- Infasslu strateġija għar-riżorsi umani li tivvalorizza u tgħin lir-riċerkaturi
- Napplikaw il-kunċett ta’ gruppi biex inħeġġu riċerka ffinanzjata kif jixraq u sostenibbli
|
III. Il-Fatturi Soċjali u l-Impatt Tagħhom
- Nassistu lill-istudenti u lill-membri tal-istaff b’diżabilità
- Ngħinu lill-istudenti li mhumiex rappreżentati u lill-istudenti l-ġodda
- Navvanzaw id-drittijiet tal-ġeneru u tal-persuni LGBTIQ u nimpenjaw ruħna favur tagħhom
- Niżguraw l-inklużjoni ta’ studenti u membri tal-istaff ta’ kulturi varji
- Inżidu l-promozzjoni tas-saħħa u s-servizzi tal-benesseri
- Ninvolvu l-komunità tal-kampus
- Nippromwovu l-kuntatt mal-pubbliku
|
IV. L-Impatt fuq l-Intrapriża u l-Industrija
- Ninvolvu l-industrija fl-iżvilupp tal-kurrikulu
- Nintegraw l-għarfien tal-industrija fl-esperjenza tat-tagħlim
- Intejbu t-tagħlim permezz ta’ proġetti mal-intrapriżi
- Nippromwovu l-ħiliet interpersonali u kollaborattivi
- Inħejju lill-istudenti għad-dinja tax-xogħol u biex jaħdmu għal rashom
- Inwessgħu l-edukazzjoni eżekuttiva
- Nipprovdu l-għarfien espert lill-industrija
- Norganizzaw konferenzi akkademiċi għall-intrapriża u l-industrija
|
V. L-Impatt Nazzjonali
- Nippromwovu l-istudji u r-riċerka li jiffukaw fuq il-wirt kulturali fiżiku u intanġibbli
- Inrawmu fl-istudenti kuxjenza u apprezzament għall-karatteristiċi li jagħmluna Maltin
- Inħarsu l-ilsien Malti u nibżgħu għalih filwaqt li nibqgħu ngħożżu l-lingwa Ingliża
- Inħejju kapital uman lokali, biżżejjed u xieraq, mogħni bil-kreattività u l-kultura, u li lest jaqdi l-industrija u s-suq tax-xogħol li qiegħed jevolvi
- Inwasslu edukazzjoni ta’ kwalità għolja li kapaċi tibdel lill-istudenti f’ċittadini mill-aktar kompetenti u effettivi
- Nippriservaw il-post tal-Università bħala l-istituzzjoni edukattiva ogħla ewlenija tal-gżira u bħala ċentru akkademiku uniku fil-Mediterran
- Inżommu u ntejbu l-pożizzjoni tal-Università fost l-aqwa 4% tal-universitajiet tal-ogħla livell fid-dinja
|
VI. Il-Viżjoni Internazzjonali
- Insaħħu u nżidu r-relazzjonijiet internazzjonali tal-istudenti f’Malta li bħalissa għaddejja minn żmien ta’ żieda fil-kożmopolitaniżmu
- Insaħħu u nżidu l-internazzjonalizzazzjoni tal-istaff
- Inħarsu u nxerrdu l-fama tajba li għandha l-Università
- Nattiraw studenti postgradwatorji internazzjonali
- Inwessgħu l-involviment reċiproku u rikk tal-Università mar-reġjun u mad-dinja
|
VII. Is-Sostenibbiltà
- Niżviluppaw art u binjiet sostenibbli
- Innaqqsu, nerġgħu nużaw u nirriċiklaw l-iskart
- Nestendu l-miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija
- Nibżgħu għall-ilma u nnaqqsu l-konsum
- Inħeġġu miżuri ta’ trasport sostenibbli
- Inwasslu t-taħriġ u r-riċerka dwar is-sostenibbiltà
- Nippromwovu l-prassi favur ħajja sana
|
VIII. Is-Servizzi u s-Sapport Amministrattiv
- Noħolqu ekosistema ta’ infrastruttura u sapport
- Nimmaniġġjaw u niżviluppaw proċessi bl-istudenti fil-mira tagħhom
- Inwessgħu l-infrastruttura għall-benesseri tal-istudent
- Intejbu r-riżorsi fil-librerija
- Niksbu l-eċċellenza fis-servizzi bbażati fuq it-teknoloġija
- Ninvestu fin-nies u nsaħħu l-forza tax-xogħol
- Niżviluppaw komunikazzjoni interna u esterna
- Inwasslu infrastruttura fiżika
- Insaħħu l-qafas finanzjarju
|