Il-proċess tal-ippjanar strateġiku

Il-proċess tal-ippjanar strateġiku

Malta's flagGreat Britian's flag

Ħarsa lejn il-proċess tal-ippjanar strateġiku

Ninvolvu l-Partijiet Interessati tal-Università fit-Tfassil tal-Istrateġija

L-Università ta’ Malta nediet il-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku biex taġġorna l-viżjoni u l-missjoni tagħha għas-snin li ġejjin. Il-Pjan Strateġiku 2020-2025 jippreżenta sett ta’ miri ġenerali u strateġija biex nilħquhom. Iservi wkoll ta’ gwida għaI proċess ta’ ppjanar strateġiku li, fil-futur, jista’ jerġa’ jintuża u jittejjeb. B’hekk titrawwem kultura ta’ kontinwità u jinħoloq legat ta’ ħsieb strateġiku. 

L-għanijiet tal-Università huma li ssostni u tiżviluppa l-pożizzjoni tagħha bħala provditur tal-edukazzjoni ta’ klassi dinjija li għandha wkoll irwol nazzjonali b’saħħtu. Il-miri jservu ta’ linji gwida għat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ kuljum u għall-attività operattiva għax jistabilixxu direzzjoni ċara għall-organizzazzjoni u jgħinuha tiddefinixxi l-prijoritajiet tagħha. Se jkun kruċjali li fl-istadju tal-implimentazzjoni titrawwem kultura ta’ żvilupp kontinwu.

Il-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku kien sforz mifrux li involva l-ilħna kollha tal-membri tal-komunità universitarja u ssintetizza b’mod metikoluż il-varjetà wiesgħa ta’ kontributi, li kollha kienu mmirati għall-bini ta’ istituzzjoni dinamika u kontemporanja. Il-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku dam sena akkademika, minn Settembru 2018 sa Lulju 2019, u f’dan iż-żmien l-Università ħadet sehem f’sett komprensiv ta’ attivitajiet li għenuha tiżviluppa l-ħsieb, l-għarfien u l-viżjoni tagħha.

  • L-IPPJANAR STRATEĠIKU 
    F’ĊIFRI

    IŻJED MINN

    10

    KONFERENZI U LAQGĦAT GĦALL-GRUPPI TA’ PARTIJIET INTERESSATI
    STUDENTI RAPPREŻENTANTI, MEMBRI TAL-ISTAFF,
    IS-SOĊJETÀ ĊIVILI, L-INTRAPRIŻA, IL-GVERN U L-FORNITURI EDUKATTIVI 

     

    IŻJED MINN 

    140

    DIPARTIMENT TAL-FAKULTÀ, ĊENTRI, ISTITUZZJONIJIET U SKEJJEL LI ŻVILUPPAW IL-PJAN PERMEZZ TA’ KUMITATI, RISPONS MINN ATTIVTAJIET U KONFERENZI 

     

    IŻJED MINN

    11,500

    STUDENT INVOLUT FIL-LAQGĦAT GĦAL ŻVILUPPI STRATEĠIĊI U F’RISPONS MINN ATTIVITAJIET

     

    IŻJED MINN 

    2,900

    MEMBRU TAL-ISTAFF INVOLUT FIL-LAQGĦAT GĦAL ŻVILUPPI STRATEĠIĊI U F’RISPONS MINN ATTIVITAJIET


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/processtalippjanarstrategiku/