Fid-dawl tal-iżviluppi li qegħdin iseħħu fil-kitba tal-lettertura Maltija u s-sehem dejjem aktar prominenti tal-qarrejja fl-esperjenza letterarja, il-programm ta’ ILMA joffrilek l-opportunità li tara kif il-letteratura kapaċi tirrakkonta l-fenomeni ta’ żmienna u ssawwar dinjiet oħra li jisfidaw in-narrattivi dominanti. Din l-MA tinterpreta l-letteratura bħala qasam pjuttost fluwidu li jinkludi tipi ta' kitba li mhumiex magħluqin fil-konfini tar-rumanz, il-poeżija u d-drama, u li jirriflettu l-iżviluppi fil-qasam diġitali, fosthom fil-qasam tal-pubblikazzjoni online u l-filmati. Għaldaqstant l-apprezzament kritiku tal-letteratura Maltija jirrifletti dawn l-innovazzjonijiet importanti u dan il-ftuħ fl-interpretazzjoni tan-natura nfisha tal-letteratura. Is-suġġetti li jkopri l-kors huma l-istorja letterarja, ir-retorika u l-ingann, perspettivi fenomenoloġiċi, l-ermenewtika letterarja, ir-rispons tal-qarrejja, il-ġisem, il-ġeneru u s-sesswalità, il-belt u l-iġsma li jduru fiha, il-memorja, ir-reliġjon, u d-djalogu bejn il-letteratura u forom artistiċi oħra, u l-kitba kreattiva. Fil-kors hemm ukoll element importanti ta' kitba kreattiva li waqt li tagħtik l-impressjoni li bħallikieku tibda “mix-xejn,” hija reazzjoni għat-tradizzjoni qadima u iktar reċenti tal-letteratura Maltija u internazzjonali.
il-grad ta’ BA (Unuri) fil-Malti fl-Ewwel jew fit-Tieni Klassi, jew f’qasam ta’ studju relatat mill-qrib ma’ dak li qed japplikaw għalih; dawk l-applikanti li jkollhom grad ta’ BA (Unuri) fit-Tielet Klassi jridu juru lill-Bord li għandhom kompetenzi oħra rilevanti, fosthom esperjenza f’xi qasam relatat miksuba wara l-ewwel grad jew
il-grad ta’ BA fil-Malti jew f’qasam ta’ studju relatat mill-qrib ma’ dak li qed japplikaw għalih, b’marka medja ta’ mhux anqas minn 55% f’dak il-qasam jew
grad mill-Università ta’ Malta jew minn università oħra li l-Bord iqis li huwa komparabbli għal xi wieħed mill-gradi indikati fis-sottoparagrafi (a) u (b) ta’ daw ir-regolamenti. Din il-komparabbiltà tista’, f’każijiet eċċezzjonali, tiġi estiżagħal dawk l-applikanti li jipproponu tema ta’ riċerka li fiha nfisha tgħaqqad il-qasam ta’ studju tal-ewwel grad u l-qasam li qegħdin japplikaw għalih. F’dawn il-każijiet, l-applikanti ssirilhom intervista biex jiġi evalwat jekk għandhomx jiġu aċċettati, skont il-proċeduri stabbiliti mill-Bord.
Il-Bord jista’ jaċċetta li applikanti li għandhom grad ieħor minbarra dawk speċifikati fis-sottoparagrafi (a) u (b) jiġu rreġistrati fil-Kors, wara li ssirilhom intervista biex jiġi stabbilit jekk għandhomx il-kapaċità u l-għarfien meħtieġ biex isegwu b’suċċess dan il-programm ta’ studji.
You can submit your application online. The deadlines for submission of applications vary according to the intake and courses. We encourage all international applicants to submit their applications as soon as possible. This is especially important if you require a visa to travel and eventually stay in Malta.
The University of Malta has student accommodation on campus called Campus Hub. Campus Hub is just a 2-minute walk from the main campus. For more information, visit the accommodation website.
Our dedicated team at the student recruitment office is here to support you every step of the way. From the moment you start your application to the moment when you receive your decision letter, we're here to assist you. If you have any questions or need further information, don't hesitate to reach out to us. You can contact us at info@um.edu.mt, and our team will be more than happy to help.
After you receive an offer from us, our International Office will assist you with visas, accommodation and other related issues.
 
Semester 1
 
Obbligatorji (L-istudenti kollha għandhom jirreġistraw għal dawn it-taqsimiet).
* L-istudenti huma mistennija jibdew jaħdmu fuq it-Teżi fit-tielet semestru ta’ l-ewwel sena akkademika 2025-26 u jtemmuha sa tmiem it-tielet semestru tat-tieni sena akkademika 2026-27.
 
B'kollox għal din is-sena jsiru: 40 krettu
 
Semester 1
 
Obbligatorji (L-istudenti kollha għandhom jirreġistraw għal dawn it-taqsimiet).
tħares lejn l-istorja tal-letteratura Maltija b’mod ħieles mill-formuli stabbiliti tat-tradizzjoni kritika;
tinterpreta b’mod komprensiv ix-xogħlijiet letterarji Maltin kemm fil-kuntest ta’ meta nkitbu kif ukoll fil-kuntest ta’ meta qed taqrahom;
tevalwa kuntesti, forom u ċirkustanzi ta' retorika f’dinja diskursiva li qed tinbidel kontinwament;
tesplora l-emozzjonjiet u l-ħsibijiet aktar kumplessi li joffru xogħlijiet kreattivi, bi profondità suffiċjenti biex l-esperjenza letterarja ssir trasferibbli saħansitra għal sitwazzjonijiet reali f’kuntesti kemm professjonali kif ukoll ta’ kuljum;
tittrasferixxi l-ħiliet interpretattivi mit-test letterarju għal kuntest interattiv ħafna usa’ minnu, li jinkludi skambji ma' bnedmin oħra, ma’ kulturi differenti, u mal-ħolqien inġenerali;
tagħraf, mill-analiżi tat-tfassil ta' karattru jew ta’ oġġett letterarju, modi differenti kif tista’ tissawwar ir-realtà nnifisha, skont kriterji u strateġiji ta’ perċezzjoni kostruttiva.
Non EU Applicants:
Total Tuition Fees: Eur 10,800
Yr 1: Eur 5,400 - Yr 2: Eur 5,400
You are viewing the fees for non EU nationals. Switch to EU nationals if you are a national of any country from within the EU/EEA.
Bil-ħila ta’ dan il-kors tista’:
tgħallem l-interpretazzjoni u l-evalwazzjoni tal-letteratura f’livelli edukattivi varji, inkluż l-ewwel grad universitarju;
tapplika l-ħiliet interpretattivi li titgħallem f’oqsma differenti tal-edukazzjoni, fosthom ix-xogħol fil-librerija, u l-promozzjoni tal-qari u l-litteriżmu;
taħdem fuq il-kitba, il-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ programmi dwar oqsma differenti tal-letteratura fuq il-mezzi tax-xandir, fil-forom kollha tagħhom;
torganizza avvenimenti pubbliċi marbutin mal-letteratura, anki f'oqsma bħas-servizz pubbliku, l-industrija privata u istituzzjonijiet oħra governattivi u kulturali;
twaqqaf u tmexxi entitajiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-wirt letterarju, tt-traduzzjoni ta’ xogħlijiet letterarji, u l-preżentazzjoni u r-reċitazzjoni tal-arti tal-kelma;
taħdem f’oqsma relatati mill-qrib mal-letteratura, bħall-pubblikazzjoni, l-informatika, it-teknoloġija, u l-ispettaklu;
issarraf il-ħiliet analitiċi tagħhom f’kitba kreattiva, billi tesplora modi oriġinali kif it-tekniki li tistħarreġ testendihom għal ġo applikazzjonijiet innovattivi ta’ esperimenti letterarji.
Hello there. We noticed that you are searching from an overseas country. Do you possess any overseas qualifications?
Hello there. We noticed that you are searching from outside the European Union.